• 0%
    0 votes
  • Rate this episode
    What did you think?

    Ilsienna: Season 1

    1x23 Opportunitajiet għall-Kittieba
    TV-G

    • 2019-03-04T17:30:00Z on TVM
    • 25m
    • Malta
    • Documentary
    Inħarsu lejn l-opportunitajiet li jeżistu għall-kittieba Maltin. Tkellimna ma' Mark Camilleri, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Illum il-ġurnata hawn ħafna aktar opportunitajiet għall-kittieba, minn fondi ġodda għal opportunitajiet ta' taħriġ. Niltaqgħu ma' rappreżentanti ewlenin tal-entitajiet li joffru dawn l-opportunitajiet. Tkellimna ma' Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti, dwar x'possibbiltajiet ta' taħriġ u pubblikazzjoni qed jingħataw awturi żgħażagħ. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' ma' Mary Ann Cauchi, id-Diretriċi l-ġdida għall-Istrateġija u l-Fondi, u saqsa dwar x'opportunitajiet qed joffri l-Kunsill Malti għall-Arti. Se nħarsu lejn opportunitajiet ta' taħriġ, pubblikazzjoni, traduzzjoni, u ffinanzjar. Dwar dan u aktar tkellimna ma' Chris Gruppetta, pubblikatur.
    Loading...