Ilsienna

    Season 1 2018 - 2019
    TV-G

    • 2018-10-01T16:30:00Z on TVM
    • 25m
    • 16h 15m (39 episodes)
    • Malta
    • Documentary
    Ilsienna features a series of short documentaries about the use of the Maltese language in various sectors, including professional contexts as well as entertainment platforms. It highlights the rich nature of the language and the range of ways in which it is employed for work as well as creative purposes. These documentaries are also a useful resource for teachers of Maltese.

    39 episodes

    Series Premiere

    2018-10-01T16:30:00Z

    1x01 L-Iżvilupp tal-Malti

    Series Premiere

    1x01 L-Iżvilupp tal-Malti

    • 2018-10-01T16:30:00Z25m

    Fl-ewwel programm se niltaqgħu mal-Prof. Joe Brincat, li jgħallem il-Lingwistika Taljana fl-Università u huwa espert fil-Lingwistika Storika. Dr Olvin Vella wkoll se jkun qed jiġi intervistat fl-ewwel episodju ta' Ilsienna! Huwa membru tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta. Dr Michael Spagnol se jkun qed jiddiskuti l-iżvilupp tal-ilsien Malti fl-ewwel episodju ta' Ilsienna. Se jkun hemm il-Prof. Manwel Mifsud, riċerkatur u membru tad-Dipartiment tal-Malti, L-Università ta' Malta.

    2018-10-08T16:30:00Z

    1x02 It-Teknoloġija tal-Malti

    1x02 It-Teknoloġija tal-Malti

    • 2018-10-08T16:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn it-teknoloġija tal-Malti, ħaġa li forsi m'aħniex imorrijin nagħmlu. Fost l-oħrajn, se nkunu qed nitkellmu ma' Albert Gatt, mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università ta' Malta. Riċerkatriċi oħra li se niltaqgħu magħha fil-programm li jmiss hija Dr Claudia Borg, li se tkun qed tiddiskuti l-iżvilupp ta' automatic speech recognition system, tipo Siri. Claudia Borg hija membru tal-Artificial Intelligence Malta Group u tikkollabora wkoll mal-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa. Carmen Carabott se tixħet aktar dawl dwar is-sengħa tat-traduzzjoni. Thomas Pace, id-Direttur Eżekuttiv ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, għada se jkun qed jiddiskuti ċ-ċekkjatur tal-Malti, id-dizzjunarju fuq l-internet, u l-qagħda inġenerali tal-Malti fl-era diġitali.

    1x03 Il-Mużika popolari bil-Malti

    • 2018-10-15T16:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss huwa dwar il-Malti u l-mużika popolari, u matulu se niltaqgħu mal-kantawtur Manwel Mifsud li fost l-oħrajn kiteb "Vassalli." Kantawtriċi oħra hija Corazon Mizzi, li kliemha u leħinha saru sinonimi mad-diska popolari bil-Malti. Se niltaqgħu wkoll mar-riċerkatur Toni Sant. Fost l-oħrajn, Toni Sant jiddiskuti b'mod kritiku l-istorja tal-mużika Maltija u l-importanza tal-festivals. Minbarra li hija kantanta brava, Dorothy Bezzina hija wkoll riċerkatriċi tal-mużika bil-Malti, b'teżi dwar il-kantant Gaetano Kanta. Wieħed mill-membri ta' The Travellers se jkun qed jiddiskuti l-kitba tal-lirika bil-Malti.

    2018-10-22T16:30:00Z

    1x04 Il-Qari fil-Pubbliku

    1x04 Il-Qari fil-Pubbliku

    • 2018-10-22T16:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss niltaqgħu ma' Gorg Peresso, wieħed mill-aktar vuċijiet magħrufa f'pajjiżna; huwa se jkun qed jiddiskuti l-qari fil-pubbliku fuq ir-radju. Glen Calleja se jiffoka fuq il-qari fil-pubbliku. Glen huwa kittieb, legatur, u jmexxi kors fl-Università ta' Malta propju fuq dan is-suġġett. Vince Fabri, il-konfundatur u kordinatur ta' Poeżijaplus, se jgħaddilna ftit tagħrif dwar l-open mics li jieħu ħsieb jorganizza. Jean Paul Borg huwa kittieb emerġenti u huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi esperjenzi marbuta mal-palk ħieles. L-aħħar mistiedna għall-programm t'għada hija Leanne Ellul li, minbarra li hija kittieba brava, hija wkoll l-amministratriċi ta' Inizjamed. Hi wkoll se tkellimna dwar il-palk ħieles. Jean Paul Borg jaqra poeżija ta' Tamim Al-Barghouti, tradotta għall-Malti minnu stess.

    Fl-episodju li jmiss, se naraw min huma l-entitajiet ewlenin tal-Malti fl-Università u fil-Gvern. Nibdew b'intervista ma' Joe Friggieri, il-President ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Albert Gatt se jgħidilna x'inhu l-irwol tal-Institut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa u kif l-Istitut jaħdem id f'id ma' entitajiet oħra bħad-Dipartiment tal-Malti ta' L-Università ta' Malta. Bernard Micallef huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Malti u wieħed mill-mistednin tagħna fl-episodju li jmiss. David Muscat huwa r-raba' wieħed intervistat. David huwa uffiċjal edukattiv tal-Malti fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

    1x06 Għaqdiet Volontarji tal-Malti

    • 2018-11-05T17:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss: Sephora Francalanza dwar l-Għaqda tal-Malti. Inċidentalment, Sephora se tkun qed tagħti taħdita l-ġimgħa d-dieħla dwar it-teżi tagħha. Niltaqgħu wkoll ma' Joseph Borg, mill-Akkademja tal-Malti. Inizjamed hija għaqda oħra volontarja li taħdem b'risq l-ilsien Malti. Adrian Grima, kofundatur ta' Inizjamed, se jkun qed ikellimna dwar il-ħidma ta' din l-għaqda, magħrufa l-aktar għall-Festival tal-Letteratura. Jesmond Sharples huwa l-President tal-Għaqda Poeti Maltin. L-aħħar mistieden għall-episodju li jmiss huwa Karl Scicluna, President tal-Għaqda tal-Qarrejja tal-Provi.

    2018-11-12T17:30:00Z

    1x07 Il-Kitba Kreattiva

    1x07 Il-Kitba Kreattiva

    • 2018-11-12T17:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss se jkun wieħed mill-aktar episodji kkuluriti, b'intervisti ma' għadd ta' kittieba ewlenin, fosthom Adrian Grima. Clare Azzopardi hija awtriċi oħra li se nintervistaw fl-episodju li jmiss. Immanuel Mifsud huwa waħda mill-vuċijiet kontemporanji ewlenin. Żgur li l-aħħar mistieden ma jeħtieġ ebda introduzzjoni: il-kbir Trevor Zahra nnifsu!

    1x08 Il-Produzzjoni tal-Ktieb bil-Malti

    • 2018-11-19T17:30:00Z25m

    Glen Calleja, legatur tal-kotba, se jkun wieħed mill-mistiedna fl-episodju li jmiss. Joseph Mizzi, id-direttur tal-Klabb Kotba Maltin, jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu b'rabta mal-produzzjoni tal-ktieb bil-Malti. Franco Portelli, mill-istamperija Gutenberg Press Ltd, se jagħtina dewqa tax-xogħol li jseħħ minn wara l-kwinti. Aktar tard illum l-artist Pierre Portelli se jkun qed jitkellem dwar id-disinn tal-kotba.

    2018-11-26T17:30:00Z

    1x09 Il-Malti u t-Traduzzjoni

    1x09 Il-Malti u t-Traduzzjoni

    • 2018-11-26T17:30:00Z25m

    Mark Vella: "Ilsienna qed isir aktar rikk minħabba li qed jittraduċi aktar kontenut u qed jaffronta aktar suġġetti ġodda." Mark Vella huwa Uffiċjal tal-Lingwi mal-Kummissjoni Ewropea - Ir-Rappreżentanza. Il-Prof. Eynaud: "L-isfida tal-interpretu hi li kuljum se jbiddel ix-xenarju tiegħu." Il-Prof. Joseph Eynaud dwar id-differenzi bejn l-interpretar u t-traduzzjoni. Il-Prof. Eynaud huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, Terminoloġija u Interpretar. Il-Prof. Joseph Eynaud jitkellem dwar is-sottotitli għat-teleserje Strada Stretta u l-persuni neqsin mis-smigħ. It-traduttriċi Doriana Vella se tkellimna dwar l-opportunitajiet ta' xogħol li wieħed jista' jsib permezz tat-traduzzjoni, kemm barra kif ukoll f'pajjiżna stess.

    Fl-episodju li jmiss se nistħarrġu kif il-lingwa tista' tkun għodda ta' poter li tikkontribwixxi għal aktar koeżjoni fis-soċjetà. Fost l-oħrajn, tkellimna mal-kittieb u l-attivist Adrian Grima. Walid Nabhan huwa kittieb Malti-Palestinjan li għamlilna isem mal-Ewropa u lil hinn, billi rebaħ il-Premju Letterarju Ewropew u din il-ġimgħa stess kien mistieden il-Ġappun. Fost l-oħrajn, Walid jitkellem fuq kif il-lingwa tista' tintuża sabiex issikket, jew tagħti vuċi, lill-minoranzi. Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta, jitkellem magħna dwar kif il-lingwa tista' teskludi, jew tinkludi, persuni ta' sessi jew orjentazzjoni differenti. Yana Psaila, kittieba u poetessa Russa-Maltija, titkellem mat-tim ta' Ilsienna dwar kif il-lingwa għenitha tintegra aħjar fis-soċjetà Maltija.

    1x11 Il-Mużika Alternattiva bil-Malti (1)

    • 2018-12-10T17:30:00Z25m

    Nerġgħu niltaqgħu ma' Sephora Francalanza, din id-darba billi rriċerkat il-lirika tal-mużika alternattiva bil-Malti. Niltaqgħu wkoll ma' Malcolm Bonnici, wieħed mill-mużiċisti ta' Mistura. Episodju dwar il-mużika alternattiva bil-Malti ma jkunx komplut mingħajr il-kontribut tal-Brikkuni.

    1x12 Il-Mużika Alternattiva bil-Malti (2)

    • 2018-12-17T17:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss ikompli ma' ta' qablu billi jħares lejn il-mużika alternattiva bil-Malti. Band oħra li se niltaqgħu magħha hija plato's dream machine; fl-intervista, Robert Farrug Flores se jaqsam magħna l-esperjenzi li għadda minnhom fl-aħħar snin. It-tielet band fl-episodju t'għada hija Bila, li riċentament nidew "Bestjarju."

    2018-12-24T17:30:00Z

    1x13 Il-Kwistjoni tal-Lingwa

    1x13 Il-Kwistjoni tal-Lingwa

    • 2018-12-24T17:30:00Z25m

    Simone Azzopardi hija storika oħra li se taqsam ħsibijietha magħna dwar l-Kwistjoni tal-Lingwa. Il-Prof. Henry Frendo huwa storiku li jgħallem l-Università ta' Malta u li rriċerka sew il-Kwistjoni tal-Lingwa. Fl-episodju li jmiss, il-Prof. Oliver Friggieri jirrifletti fuq x'impatt kellha l-Kwistjoni tal-Lingwa fuq l-identità tagħna.

    2018-12-31T17:30:00Z

    1x14 Il-Malti Mediku

    1x14 Il-Malti Mediku

    • 2018-12-31T17:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn qasam speċjalizzat ħafna: il-Malti mediku. Fost l-oħrajn se nkunu qed nitkellmu mal-ispeċjalista Yves Muscat-Baron. Nitkellmu ma' Ermira Tartari Bonnici, infermiera Albaniża li ilha taħdem f'pajjiżna għal dawn l-aħħar 18-il sena. Joseph Trapani, lekċerer tax-Xjenzi tas-Saħħa, se jiddiskuti l-importanza li l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa jitkellmu l-lingwa nattiva tal-pazjenti tagħhom. Michael Spagnol, lekċerer mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta u l-moħħ wara Kelma Kelma, se jiddiskuti l-użu tal-Malti fil-qasam tas-saħħa.

    1x15 Il-Malti u l-Barranin ta' Ġewwa

    • 2019-01-07T17:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-imprtanza tat-tagħlim tal-Malti lill-barranin, speċjalment f'kuntest fejn l-ammont ta' ħaddiema barranin qed jiżdied. Fost il-kelliema tagħna, se jkollna lil Phyllisienne Gauci, esperta fit-tagħlim tal-lingwi barranin. Għal darb'oħra, Walid Nabhan se jkun wieħed mill-mistiedna tagħna. Walid se jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu bħala "barrani," illum ta' ġewwa, li tgħallem sew ilsienna tant li rebaħ premji prestiġjużi bih. Yana Psaila hija poetessa Russa-Maltija. Yana wkoll tgħallmet il-Malti bħala adulta, tant li saħansitra tikteb bih!

    2019-01-14T17:30:00Z

    1x16 Il-Gazzetti bil-Malti

    1x16 Il-Gazzetti bil-Malti

    • 2019-01-14T17:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn l-istorja tal-gazzetti u kif dawn ikkontribwew għall-istandardizzazzjoni tal-kitba bil-Malti u l-iżvilupp ta' idjoma letterarja. Magħna se jkollna lil Jessica Micallef, eks student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li rriċerkat il-gazzetti tas-snin bikrin. Il-Prof. Arnold Cassola għomru u żmienu jirriċerka l-gazzetti, speċjalment fid-dawl tar-rabtiet tagħna mal-Italja, u għaldaqstant ma jistax jonqos il-kontribut tiegħu fl-episodju li jmiss! Il-Prof. Oliver Friggieri huwa awtorità fuq għadd ta' kittieba Maltin li l-ewwel ma bdew jippubblikaw kien fil-gazzetti lokali. Friggieri se jkun qed jaqsam magħna l-osservazzjonijiet tiegħu fuq dan is-suġġett. Dianne Giordmaina hija librara u riċerkatriċi li riċentament temmet id-Diploma fil-Letteratura Maltija fl-Università ta' Malta. Fost l-oħrajn, hija rriċerkat liz-Zija Rużann, li kienet fuq quddiem nett fil-kitba għat-tfal fil-gazzetti.

    2019-01-21T17:30:00Z

    1x17 Il-Films bil-Malti

    1x17 Il-Films bil-Malti

    • 2019-01-21T17:30:00Z25m

    Fost il-mistiedna għall-episodju li jmiss, se jkollna lil Tony Parnis, direttur. Mistiedna oħra minn tagħna hija Abigail Mallia ta' Take 2 Entertainment, li se tiddiskuti l-films bil-Malti bħala produttriċi u direttriċi. Ma jistax jonqos li niddiskutu wkoll Simshar, film riċenti bil-Malti li żgur li smajtu bih. L-attriċi brava Clare Agius hija t-tielet mistiedna li se jkollna u se titkellem dwar Simshar.

    Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti tal-Università, se taqsam magħna l-esperjenza tagħha dwar il-Malti u ż-żgħażagħ. Chris Gruppetta huwa pubblikatur li s-suq tal-kotba għaż-żgħażagħ jafu sew. Leanne Ellul hija awtriċi, magħrufa l-aktar għar-rumanz Gramma, ir-rumanz rebbieħ tal-Konkors Rumanzi għaż-Żgħażagħ. Anke Trevor Zahra, ġgant tal-letteratura lokali, se jaqsam magħna l-esperjenzi tiegħu fil-kitba kreattiva għaż-żgħażagħ. Il-ħames mistiedna t'għada hija Rita Saliba, kittieba li kitbet għaż-żgħażagħ u li rebħet il-Konkors Rumanzi għaż-Żgħażagħ diversi drabi.

    2019-02-04T17:30:00Z

    1x19 Il-Malti u l-Edukazzjoni

    1x19 Il-Malti u l-Edukazzjoni

    • 2019-02-04T17:30:00Z25m

    Etienne Micallef huwa għalliem tal-primarja u se jiddiskuti magħna l-Malti u l-edukazzjoni. George Mifsud huwa wieħed mill-erba' uffiċjali edukattivi tal-Malti. George se jagħtina dewqa tal-ħidma kbira li jkun għaddej fil-Malti fil-qasam edukattiv. L-għalliema Dorianne Bonello se tagħtina dewqa ta' x'inhu meħtieġ sabiex tgħallem il-Malti f'livell sekondarju. Ir-raba' mistieden għall-episodju t'għada huwa David Aloisio, lekċerer tal-Malti fil-Junior College.

    2019-02-11T17:30:00Z

    1x20 Il-Komiks bil-Malti

    1x20 Il-Komiks bil-Malti

    • 2019-02-11T17:30:00Z25m

    Niltaqgħu ma' Audrienne Degiorgio, illustratriċi, li se titkellem dwar il-komiks bil-Malti. Ġorġ Mallia żgur li m'għandu bżonn ebda introduzzjoni, speċjalment il-ġenerazzjonijiet li kibru jsegwu r-rivista 'Is-Sagħtar'! Mallia se jkun qed ikellimna bħala kartunist u illustratur tal-komiks. Guzi Gatt huwa kittieb tal-komiks; huwa se jiddiskuti magħna r-realtà li l-kittieba u l-illustraturi tal-komiks iħabbtu wiċċhom magħha.

    Fl-episodju li jmiss nerġgħu nħarsu lejn il-Malti​ bħala għodda ta' inklużjoni, din id-darba għal persuni neqsin mis-smigħ u mid-dawl, u għal persuni bl-awtiżmu. Fost il-mistiedna fl-episodju li jmiss se jkollna lil Oliver Scicluna, il-President tal-Commission for the Rights of Persons with Disability (CRPD). Fost l-oħrajn, huwa jitkellem dwar il-Malti u l-persuni neqsin mis-smigħ u d-dawl, u persuni bl-awtiżmu. Il-Prof. Marie Alexander se taqsam magħna spunti dwar ir-riċerka u t-teknoloġija għal persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ, u dwar persuni bl-awtiżmu. Niltaqgħu wkoll ma' Dorianne Callus, membru attiv tad-Deaf People Association - Malta. Tinterpreta Rita Portelli.

    1x22 Il-Kittieba Soċjorealisti

    • 2019-02-25T17:30:00Z25m

    Il-kittieba tax-xellug fil-bidu tas-seklu għoxrin ħallew impatt kbir fuq il-letteratura Maltija tas-seklu ta' wara. F'dan l-episodju nitkellmu ma' għadd ta' riċerkaturi dwar dawn il-kittieba, magħrufa aħjar bħala s-soċjorealisti. Fost l-interventi hemm dak ta' Maria Simiana, riċerkatriċi żagħżugħa. M'hemm ħtieġa t'ebda introduzzjoni għall-Prof. Oliver Friggieri; fost l-oħrajn, Friggieri se jitkellem dwar l-irwol tas-soċjorealiżmu fil-formazzjoni tal-partiti. Emanuel Psaila rriċerka l-letteratura u l-politika; isimgħu x'għandu xi jgħid dwar il-kittieba tal-bidu tas-seklu 20! Ir-raba' mistieden għall-episodju t'għada huwa Charles Briffa, lekċerer mad-Dipartiment għall-Istudji dwar it-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta' Malta.

    1x23 Opportunitajiet għall-Kittieba

    • 2019-03-04T17:30:00Z25m

    Inħarsu lejn l-opportunitajiet li jeżistu għall-kittieba Maltin. Tkellimna ma' Mark Camilleri, il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Illum il-ġurnata hawn ħafna aktar opportunitajiet għall-kittieba, minn fondi ġodda għal opportunitajiet ta' taħriġ. Niltaqgħu ma' rappreżentanti ewlenin tal-entitajiet li joffru dawn l-opportunitajiet. Tkellimna ma' Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti, dwar x'possibbiltajiet ta' taħriġ u pubblikazzjoni qed jingħataw awturi żgħażagħ. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' ma' Mary Ann Cauchi, id-Diretriċi l-ġdida għall-Istrateġija u l-Fondi, u saqsa dwar x'opportunitajiet qed joffri l-Kunsill Malti għall-Arti. Se nħarsu lejn opportunitajiet ta' taħriġ, pubblikazzjoni, traduzzjoni, u ffinanzjar. Dwar dan u aktar tkellimna ma' Chris Gruppetta, pubblikatur.

    1x24 It-Traduzzjoni ta' Testi Sagri

    • 2019-03-11T17:30:00Z25m

    Fost it-testi sagri tradotti għall-Malti nsemmu l-Bibbja, il-Quran, u l-Bħagawad Gita. F'dan l-episodju nistħarrġu l-istejjer u s-snajja' marbuta ma' dawn it-traduzzjonijiet. Ir-Rev. Dr Paul Sciberras se jitkellem dwar l-importanza tat-traduzzjoni ta' testi sagri. Test sagru ieħor li se nkunu qed nitkellmu dwaru fl-episodju li jmiss huwa l-Bħawagad Gita, li ġie tradott għal ilsienna minn Michael Zammit. Walid Nabhan, ħassieb Palestinjan-Malti, jagħtina dewqa tal-isfidi li jkun hemm meta jinqalbu testi sagri, u għaliex huwa importanti li jingħelbu. Carmel Bezzina rriċerka 'l Pietru Pawl Saydon, traduttur ewlieni tal-Bibbja mill-ilsna oriġinali għal ilsienna. Bezzina se jagħtina idea tal-ħidma li daħal għaliha Saydon.

    2019-03-18T17:30:00Z

    1x25 Il-Malti u d-Djaletti

    1x25 Il-Malti u d-Djaletti

    • 2019-03-18T17:30:00Z25m

    Se jkollna episodju ieħor ikkulurit immens, din id-darba dwar id-djaletti. Fost il-mistiedna se jkollna lil Ruben Farrugia, riċerkatur. Michael Spagnol, magħruf bħala s-Sur Kelma Kelma, żgur li huwa wiċċ familjari fuq Ilsienna u f'affarijiet oħra tal-Malti. Michael se jkun qed jiddiskuti d-djaletti. Sandra Vella hija lingwista; fost l-oħrajn, qiegħda taħdem fuq proġetti (interessanti immens!) b'rabta mad-djaletti ta' pajjiżna. L-aħħar mistieden għall-episodju t'għada huwa Guzi Gatt, li diġà ltqajna miegħu f'xi episodji ta' Ilsienna; din id-darba, Ġużi se jkellimna dwar id-djaletti li nsibu fil-gżejjer tagħna.

    2019-03-25T17:30:00Z

    1x26 L-Għana Malti

    1x26 L-Għana Malti

    • 2019-03-25T17:30:00Z25m

    Rachelle Deguara hija għannejja żagħżugħa li se niltaqgħu magħha fl-episodju li jmiss ta' Ilsienna (u li kif tistgħu tobsru, se jkun dwar l-għana!). L-għana huwa wieħed mit-tipi ta' mużika folkloristika l-aktar magħrufa f'pajjiżna. F'dan l-episodju nħarsu lejn il-valur soċjali tiegħu u lejn it-tekniki mħaddma fl-għana u fix-xogħol tal-kitarri. Ġorġ Azzopardi, magħruf bħala ż-Żabliġon, huwa wieħed mill-mistiedna speċjali tal-episodju li jmiss ... fost l-oħrajn se jurina kif tinħadem kitarra ta' Malta, xogħol idejh! Tkellimna wkoll ma' Ranier Fsadni, antropologu, li rriċerka l-għana.

    2019-04-01T16:30:00Z

    1x27 L-Ortografija Maltija

    1x27 L-Ortografija Maltija

    • 2019-04-01T16:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss se jkun dwar l-ortografija Maltija; fost il-mistednin se jkollna lil Bernice Magro, li rriċerkat propju dan il-qasam. Desirée Dimech ukoll irriċerkat l-ortografija ta' lsienna. Dr George Farrugia huwa wieħed mill-esperti ewlenin fl-ortografija ta' lsienna. Huwa se jispjegalna l-iżviluppi ewlenin li għaddiet minnhom il-kitba bil-Malti. Thomas Pace, id-Direttur ta' Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, se jiddiskuti l-importanza ta' strateġija u regoli ċari ortografiċi. Din l-intervista se tidher fl-episodju t'għada.

    2019-04-08T16:30:00Z

    1x28 Qabel il-Malti

    1x28 Qabel il-Malti

    • 2019-04-08T16:30:00Z25m

    Inħarsu lejn ir-realtà lingwistika qabel l-iżvilupp tal-Malti. Il-Prof. Albert Borg, lingwista, se jkun wieħed mill-mistiedna tagħna. Dr Abigail Zammit hija epigrafista, jiġifieri tistudja u tinterpreta skrizzjonijiet antiki; Zammit se tiddiskuti r-realtà lingwistika li kellna f'pajjiżna qabel l-iżvilupp tal-Malti. Il-Prof. Anthony J. Frendo huwa fost wieħed mill-arkeologi ewlenin ta' pajjiżna; fl-episodju li jmiss se jagħti l-kontribut tiegħu primarjament dwar il-Feniċju u l-Puniku. Ir-raba' mistieden huwa Charles Dalli, storiku li fost l-oħrajn iffoka fuq iż-Żmien Medjevali.

    2019-04-15T16:30:00Z

    1x29 Il-Filosofija bil-Malti

    1x29 Il-Filosofija bil-Malti

    • 2019-04-15T16:30:00Z25m

    Se jkollna magħna lill-Prof. Michael Zammit, lekċerer fl-Università ta' Malta, li se jkellimna dwar il-Filosofija bil-Malti. Il-Prof. Joe Friggieri jgħidilna x'jaħseb dwar l-użu tal-Malti fil-Filosofija u l-potenzjal tiegħu fl-Università fil-qasam filosofiku. Minkejja ċ-ċokon ta' pajjiżna, għandna tradizzjoni ta' kitbiet filosofiċi bi lsienna. Inħarsu lejn il-ħassieba ewlenin u t-temi filosofiċi li trattaw. Patri Mark Montebello huwa t-tielet kelliem li se niltaqgħu miegħu. Ir-raba' mistieden huwa Dr Jean-Paul De Lucca, il-Kap tad-Dipartiment tal-Filosofija.

    2019-04-22T16:30:00Z

    1x30 Il-Malti u t-Teatru

    1x30 Il-Malti u t-Teatru

    • 2019-04-22T16:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss se jkun dwar it-teatru bil-Malti. Fost l-oħrajn se tkellimna Simone Spiteri, kittieba, attriċi, u direttriċi li spiss taħdem mal-kumpanija Dù Theatre. It-teatru jaqdi funzjoni importanti ħafna fil-komunità, mhux biss fuq livell artistiku imma anke sabiex jittratta temi politiċi u soċjali. Kelliem ieħor, did-darba mid-Dipartiment tal-Istudji Teatrali, huwa Marco Galea, espert tal-istorja tat-teatru f'Malta. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' wkoll ma' Martin Gauci, id-direttur ta' Dwal Godda, kumpanija teatrali. Martin tkellem magħna dwar it-teatru tal-komunità. Mistieden ieħor huwa Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta.

    2019-04-29T16:30:00Z

    1x31 Il-Letteratura tat-Tfal

    1x31 Il-Letteratura tat-Tfal

    • 2019-04-29T16:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn il-letteratura tat-tfal; fost il-mistiedna se jkollna lil Noel Tanti, kittieb u librar. Minkejja li lsienna għadu fiż-żgħożija tiegħu, xorta waħda għandna biex inkunu kburin bil-pubblikazzjonijiet għat-tfal. F'dan l-episodju nħarsu lejn il-kitba għat-tfal mill-aspett storiku sal-prattika nfisha tal-kitba. Ma nistgħux nitkellmu fuq il-letteratura tat-tfal mingħajr ma nsemmu lil Trevor Zahra! L-aħħar mistieden huwa Chris Gruppetta, pubblikatur.

    2019-05-06T16:30:00Z

    1x32 Kittieba Nisa Maltin

    1x32 Kittieba Nisa Maltin

    • 2019-05-06T16:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss se jkun dwar kittieba nisa Maltin. Fost l-oħrajn se nintervistaw lil Therese Pace, rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija. Poetessa oħra li se nintervistaw hija Nadia Mifsud Mutschler; minbarra kotba ta' poeżija, Nadia ppubblikat ukoll il-proża mal-Merlin Publishers u f'Leħen il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda tal-Malti. Marlene Saliba tispira ruħa mill-wirt naturali u storiku tagħna, kif tixhed ġabra ta' poeżiji minn tagħha ispirata mill-arkeoloġija. Se niltaqgħu wkoll ma' Rita Saliba, awtriċi magħrufa kemm maż-żgħar kif ukoll mal-kbar.

    2019-05-13T16:30:00Z

    1x33 Il-Malti u t-Teatrin

    1x33 Il-Malti u t-Teatrin

    • 2019-05-13T16:30:00Z25m

    Fl-episodju li jmiss se nħarsu lejn it-teatrin bil-Malti; fost l-oħrajn se niltaqgħu ma' Marco Galea, li rriċerka l-istorja tat-teatru f'pajjiżna. Mistieden ieħor għall-episodju li jmiss huwa Matteo Pullicino, li wkoll irriċerka l-istorja tat-teatrin. Ninu Borg se jġib miegħu l-esperjenza personali tiegħu billi se jitkellem mill-perspettiva ta' kittieb tad-drama. Awguri lill-ommijiet kollha! F'dan il-jum speċjali, ma nistgħux ma naqsmux magħkom il-poeżija 'Lil Ommi' ta' Rużar Briffa! Fl-aħħar nett ma setax jonqos li nintervistaw lil Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta' Teatru Malta.

    1x34 Il-Malti u l-Komunità Queer

    • 2019-05-20T16:30:00Z25m

    Ħejjejnielkom episodju ieħor dwar il-lingwa u l-inklużjoni, din id-darba b'rabta mal-komunità queer. Fost il-mistiedna hemm Tyrone Grima, kittieb u fundatur ta' Drachma Malta. Gabi Calleja, attivista magħrufa sew fil-qasam tad-drittijiet LGBTIQ, se taqsam magħna xi ħsibijiet dwar l-użu tal-lingwa u r-rappreżentazzjoni tal-karattri f'xogħlijiet letterarji b'rabta m'ilsienna. L-aħħar mistieden huwa Romario Sciberras, student tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta li kien fuq id-Dean's List u li qed jikteb teżi dwar il-letteratura u l-komunità queer.

    2019-05-27T16:30:00Z

    1x35 Il-Kittieba Għawdxin

    1x35 Il-Kittieba Għawdxin

    • 2019-05-27T16:30:00Z25m

    Il-gżira oħt tat kontribut kbir fl-iżvilupp ta’ lsienna, fost l-oħrajn grazzi għal kittieba u riċerkaturi bħal Ġan Franġisk Agius de Soldanis, Ġorġ Pisani, Mary Meilak, u Anton Buttigieg, li qeda wkoll fl-irwol ta’ President. Se nħarsu lejn il-kontribut li kittieba Għawdxin taw lill-Malti. Se nlaqqgħukom ma' xi kittieba Għawdxin. Fost il-mistiedna se jkollna lill-Kavallier Joe M. Cassar. Anabelle Portelli hija kittieba żagħżugħa mill-gżira oħt; hi wkoll iltaqgħet magħna sabiex tiddiskuti s-sengħa tal-kitba. Charles Daniel Saliba huwa wiċċ familjari fost il-kittieba u l-edukaturi tal-Malti f'pajjiżna. It-tim ta' Ilsienna ltaqa' miegħu sabiex jiddiskuti aspetti tal-kitba mill-gżira oħra. Elena Cardona hija kittieba żagħżugħa u l-kordinaturiċi ta' Inizjamed għal Għawdex. Iltqajna u tkellimna ma' Elena dwar kitbietha u dwar x'attivitajiet letterarji jittellgħu fil-gżira oħt. L-aħħar mistieden huwa Charles Bezzina, magħruf l-aktar għall-poeżiji tiegħu b'rabta mal-metafora tal-baħar.

    2019-06-03T16:30:00Z

    1x36 It-Traduzzjoni Letterarja

    1x36 It-Traduzzjoni Letterarja

    • 2019-06-03T16:30:00Z25m

    Il-kitbiet ta’ awturi kbar bħal Victor Hugo, Albert Camus, jew Dante, spiss jaslulna permezz tat-traduzzjoni. Nerġgħu ndawru ħarsitna lejn it-traduzzjoni, bid-differenza li se niffukaw fuq it-traduzzjoni letterarja. Fost il-mistiedna tagħna se jkollna lil Claudine Borg, lekċerer tat-traduzzjoni. Chris Gruppetta, pubblikatur, se jaqsam magħna perspettivi kummerċjali marbuta mal-produzzjoni ta' traduzzjonijiet letterarji. Nadia Mifsud Mutschler hija poetessa u traduttriċi Maltija li tgħix Franza. Taqsam magħna l-esperjenzi tagħha hija u tittraduċi. L-aħħar mistieden tagħna huwa Charles Briffa, lekċerer tat-traduzzjoni fl-Università ta' Malta.

    2019-06-10T16:30:00Z

    1x37 Il-Malti u l-Hip Hop

    1x37 Il-Malti u l-Hip Hop

    • 2019-06-10T16:30:00Z25m

    F’din is-sensiela diġà ħarisna lejn tipi differenti ta’ mużika, mill-għana u l-mużika popolari għal dik alternattiva. Fl-episodju li jmiss se nduru lejn stil ieħor ta’ mużika, dak tal-hip hop! F'din is-sensiela għaddejna mill-mużika popolari għall-għana u dik alternattiva. Issa jmiss il-hip hop bil-Malti, u fost il-mistiedna tagħna se jkollna lil Claude Agius, magħruf aħjar bħala Il-Lapes. Ma jistax jonqos li f'episodju dwar il-hip hop bi lsienna ma nistednux lill-Hooli (Johnston Farrugia), rapper Malti. Rachelle Deguara (REA) hija mistiedna oħra li se tkellimna dwar l-esperjenza tagħha bħala kittieba u kantanta tal-hip hop bil-Malti. Ir-raba' mistieden huwa Joseph Kapitlu ta' Kapitlu Tlettax.

    2019-06-17T16:30:00Z

    1x38 Il-Malti u l-Folklor

    1x38 Il-Malti u l-Folklor

    • 2019-06-17T16:30:00Z25m

    Yanika Schembri Fava se tkellimna dwar il-Malti u l-folklor. Yanika tgħin qatigħ fit-tlugħ tal-attivitajiet ta' It-Tradizzjoni Orali, inizjattiva tad- Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta. Kelliema oħra hija Marlene Mifsud Chircop, folklorista li ilha tirriċerka t-tradizzjoni orali f'pajjiżna għal snin twal ħafna. Steve Borg huwa etnografu u kittieb li rriċerka qatigħ id-drawwiet u l-għajdut tal-Maltin. Huwa wkoll se jkun qed jaqsam magħna xi riflessjonijiet dwar ilsienna u l-folklor. Għal bosta snin ilsienna serva sabiex il-folklor ta’ pajjiżna jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, fost l-oħrajn permezz ta’ qwiel, idjomi, taqbiliet, u ħrejjef. Guzi Gatt huwa l-aħħar mistieden għal dan l-episodju.

    2019-06-24T16:30:00Z

    1x39 Il-Poeżija Maltija

    1x39 Il-Poeżija Maltija

    • 2019-06-24T16:30:00Z25m

    L-episodju li jmiss se jkun speċjali mhux biss għax huwa l-aħħar episodju ta' dis-sensiela, imma wkoll għax se nxandru intervista mal-poeta Mario Azzopardi, li kkontribwixxa qatigħ lill-poeżija Maltija. Il-Prof. Bernard Micallef huwa raġuni oħra għala l-episodju li jmiss huwa speċjali; l-intervista li se nxandru ma' Micallef hi waħda mill-aħħar intervisti miegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta. Claudia Gauci hija poetessa kontemporanja li tappartjeni għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta' poeti. Claudia se taqsam magħna l-esperjenzi tagħha fix-xena kreattiva lokali. Ma stajniex ma nintervistawx ukoll lill-Prof. Oliver Friggieri, ġgant tal-letteratura lokali, kemm bħala kritiku kif ukoll bħala kittieb. Infakkrukom li l-episodju t'għada se jkun dwar il-poeżija Maltija. L-aħħar mistieden huwa Joseph Mizzi, id-direttur tad-dar tal-pubblikazzjonijiet Klabb Kotba Maltin.

    Loading...