• 0%
    0 votes
  • Rate this episode
    What did you think?

    Ilsienna: Season 1

    1x03 Il-Mużika popolari bil-Malti
    TV-G

    • 2018-10-15T16:30:00Z on TVM
    • 25m
    • Malta
    • Documentary
    L-episodju li jmiss huwa dwar il-Malti u l-mużika popolari, u matulu se niltaqgħu mal-kantawtur Manwel Mifsud li fost l-oħrajn kiteb "Vassalli." Kantawtriċi oħra hija Corazon Mizzi, li kliemha u leħinha saru sinonimi mad-diska popolari bil-Malti. Se niltaqgħu wkoll mar-riċerkatur Toni Sant. Fost l-oħrajn, Toni Sant jiddiskuti b'mod kritiku l-istorja tal-mużika Maltija u l-importanza tal-festivals. Minbarra li hija kantanta brava, Dorothy Bezzina hija wkoll riċerkatriċi tal-mużika bil-Malti, b'teżi dwar il-kantant Gaetano Kanta. Wieħed mill-membri ta' The Travellers se jkun qed jiddiskuti l-kitba tal-lirika bil-Malti.
    Loading...